Kontraċettivi orali, li jikkonsistu f’estroġen u proġestoġen, fihom kemm proprjetajiet li jakkaġunaw kif ukoll dawk li jipprevjenu l-kanċer. Peress li l-kontraċettivi jintużaw minn individwi b’saħħithom, kwalunkwe deċiżjoni li jintużaw dawn il-mediċini għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni tal-profil ta’ riskju tal-pazjent individwali. L-użu ta’ kontraċettivi orali huwa assoċjat ma’ riskju eċċessiv żgħir ta’ kanċers tas-sider, taċ-ċerviċi u tal-pulmun; madankollu, l-użu ta’ dawn il-mediċini jipproteġi wkoll kontra l-kanċer endometrijali u tal-ovarji. Għalhekk, minn perspettiva tal-kanċer, ma tista’ tingħata ebda rakkomandazzjoni ċara.
- Għandi nkun imħassba jekk nieħu terapija ormonali sostituttiva għas-sintomi tal-menopawża?
- L-użu ta’ kontraċettivi orali jista’ jżidli r-riskju tal-kanċer?
- Hemm mediċini oħrajn li jistgħu jżiduli r-riksju tal-kanċer?
- Hemm xi mediċini, bħall-aspirina, li nista’ nieħu biex innaqqas ir-riskju tal-kanċer?
- X’għandi nagħmel jekk irrid nieħu l-mediċini, bħall-aspirina, biex innaqqas ir-riskju tal-kanċer?