1.

Tpejjipx. Tuża l-ebda forma ta’ tabakk.

icon-tobacco


2.

Żomm darek ħielsa mid-dħaħen tas-sigaretti. Appoġġja l-politika favur ambjent bla tipjip fuq il-post tax-xogħol tiegħek.

icon-smoke


3.

Żomm piż tajjeb għas-saħħa.

icon-healthy


4.

Kun fiżikament attiv fil-ħajja ta' kuljum. Illimita l-ħin li tagħmel bilqiegħda.

icon-physical


5.

Żomm dieta tajba għas-saħħa:

  • Kul ħafna ċereali b'kontenut għoli ta' fibra, legumi, ħaxix u frott.
  • Illimita l-ikel b'ħafna kaloriji (ikel b’livell għoli ta’ zokkor jew xaħam) u evita x-xarbiet biz-zokkor.
  • Evita l-laħam ipproċessat; illimita l-laħam aħmar u l-ikel b’kontenut għoli ta’ melħ.

icon-diet


6.

Jekk tixrob xi tip ta' alkoħol, illimita l-konsum tiegħek. In-nuqqas ta' konsum tal-alkoħol huwa aħjar għall-prevenzjoni tal-kanċer.

icon-alcohol


7.

Evita l-espożizzjoni żejda għax-xemx, speċjalment għat-tfal. Uża protezzjoni għal kontra x-xemx. Tużax’sunbeds’.

icon-sun


8.

Fil-post tax-xogħol, ipproteġi lilek innifsek kontra kimiċi li jistgħu jikkawżaw il-kanċer billi ssegwi l-istruzzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza.

icon-pollutant


9.

Iċċekkja jekk intix espost għal radjazzjoni li ġejja minn livelli għoljin ta' radon naturali f'darek. Jekk hemm bżonn ħu azzjoni biex tnaqqas il-livelli għoljin ta’ radon.

icon-radon


10.

Għan-nisa:

  • It-treddigħ inaqqas ir-riskju tal-kanċer. Jekk tkun tista’, redda’ lit-tarbija tiegħek.
  • It-terapiji b’sostituti ormonali (HRT) jżidu r-riskju ta’ ċerti tipi ta’ kanċer. Illimita l-użu tal-HRT.

icon-women


11.

Iżgura li wliedek jitlaqqmu kontra:

  • ‘Hepatitis B’ (għat-trabi tat-twelid)
  • ‘Human Papilloma Virus’ (HPV) (għall-bniet).

icon-vaccination


12.

Ħu sehem fi programmi organizzati għall-iskrinjargħall-kanċer fosthom:

  • Kanċer tal-musrana (irġiel u nisa)
  • Kanċer tas-sider (nisa)
  • Kanċer tal-għonq tal-utru (nisa).

icon-screening

Il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer jiffoka fuq l-azzjonijiet li jistgħu jieħdu ċ-ċittadini individwali biex jgħinu fil-prevenzjoni tal-kanċer.
Sabiex il-prevenzjoni tal-kanċer tirnexxi jeħtieġ li dawn l-azzjonijiet individwali jkunu appoġġjati minn politiki u azzjonijiet tal-gvern.

Dan il-proġett huwa kkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea
u kkoordinat mill-aġenzija tal-kanċer speċjalizzata
tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-Aġenzija
Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer.

logo EU